Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-26 ta’ Marzu 2009 – Il‑Kummissjoni vs Il‑Greċja
(Kawża C‑559/07)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu − Politika soċjali − Artikolu 141 KE − Remunerazzjoni ugwali għall-ħaddiema rġiel u ħaddiema nisa − Sistema nazzjonali tal-pensjonijiet ċivili u militari − Trattament differenti fir-rigward tal-età ta’ rtirar u tas-servizz minimu meħtieġ − Ġustifikazzjoni − Nuqqas”
1. Politika soċjali - Ħaddiema rġiel u ħaddiema nisa - Remunerazzjoni ugwali - Artikolu 141 KE - Effetti ta’ sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata diskriminazzjoni (Artikolu 141 KE) (ara l-punt 26)
2. Politika soċjali - Ħaddiema rġiel u ħaddiema nisa - Remunerazzjoni ugwali - Remunerazzjoni - Kunċett - Skema ta’ pensjonijiet ta’ rtirar tal-uffiċjali (Artikolu 141 KE) (ara l-punti 42, 44, 46, 47, 49, 50, 55, 60)
3. Politika soċjali - Ħaddiema rġiel u ħaddiema nisa - Remunerazzjoni ugwali - Skema ta’ pensjonijiet ta’ rtirar tal-uffiċjali (Artikolu 141 KE) (ara l-punti 62, 66-68)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ksur tal-Artikolu 141 KE - Ksur tal-prinċipju ta’ remunerazzjoni ugwali għall-ħaddiema rġiel u ħaddiema nisa - Skema nazzjonali ta’ pensjonijiet ċivili u militari li tipprovdi għal età ta’ rtirar li tvarja skont is-sess.
Dispożittiv
1)
Billi żammet fis-seħħ id-dispożizzjonijiet li jipprovdu għal differenzi bejn il-ħaddiema rġiel u l-ħaddiema nisa fir-rigward tal-età ta’ rtirar u tas-servizz minimu meħtieġ skont il-kodiċi Grieg tal-pensjonijiet ċivili u militari stabbilit mid-digriet presidenzjali Nru 166/2000, tat-3 ta’ Lulju 2000, fil-verżjoni applikabbli għal dan il-każ, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 141 KE.
2)
Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy