23.2.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 51/31
Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mit-Tribunale civile di Modena (L-Italja) fl-1 ta' Ottubru 2007 — Alberto Severi, Cavazzuti e figli vs Regione Emilia-Romagna
(Kawża C-446/07)
(2008/C 51/52)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale civile di Modena
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Alberto Severi, Cavazzuti e figli.
Konvenuta: Regione Emilia-Romagna.
Domandi preliminari
1)
L-Artikoli 3(1) u 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 2081/92 (li saru l-Artikoli 3(1) u 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/06) (1) fir-rigward ta' l-Artikolu 2 tad-Digriet-Leġiżlattiv 109/92 (Artikolu 2 tad-Direttiva 2000/13/KE) (2) għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-isem ta' prodott ta' l-ikel li fih referenza ġeografika, li għalih, fuq livell nazzjonali, ġiet “miċħuda” jew imwaqqfa applikazzjoni lill-Kummissjoni Ewropea għar-reġistrazzjoni bħala denominazzjoni protetta ta' oriġini (DPO) jew indikazzjoni ġeografika protetta (IĠP) fis-sens ta' dawn ir-regolamenti, għandu jiġi kkunsidrat bħala isem ġeneriku matul il-perijodu li fih tali “ċaħda” jew waqfien jibqgħu fis-seħħ?
2)
L-Artikoli 3(1) u 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 2081/92 (li saru l-Artikoli 3(1) u 13(2) tar-Regolament (KE) 510/06) fir-rigward ta' l-Artikolu 2 tad-Digriet-Leġiżlattiv 109/92 (Artikolu 2 tad-Direttiva 2000/13/KE) għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-isem ta' prodott ta' l-ikel li jevoka isem ta' post mhux reġistrat bħala DPO jew IĠP fis-sens tar-regolamenti ċċitati jista' jintuża legalment fis-suq Ewropew minn produtturi li użawh in bona fede u b'mod kostanti għal perijodu konsiderabbli qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92 (li issa sar ir-Regolament (KE) Nru 510/06) u fil-perijodu wara d-dħul fis-seħħ tiegħu?
3)
L-Artikolu 15(2) tad-Direttiva 89/104/KEE (3), biex jiġu approssimati l-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar it-trade marks, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-proprjetarju ta' trade mark kollettiva għal prodotti ta' l-ikel li fiha referenza ġeografika ma jistax jipprojbixxi produtturi ta' prodott li għandu l-istess karatteristiċi milli jiddeskrivuh b'isem simili għal dak li jinsab fit-trade mark kollettiva, meta dawn il-produtturi użaw dan l-isem in bona fede u b'mod kostanti għal perijodu ta' żmien preċedenti ħafna għad-data tar-reġistrazzjoni ta' l-imsemmija trade mark kollettiva?
(1) ĠU L 93, 2006, p. 12.
(2) ĠU L 109, 2000, p. 29.
(3) ĠU L 40, 1989, p. 1.
Full & Egal Universal Law Academy