12.1.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 8/5
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesarbeitgericht Düsseldorf (Il-Ġermanja) fit-22 ta' Ottubru 2007 — Dietmar Klarenberg vs Ferrotron Technologies GmbH
(Kawża C-466/07)
(2008/C 8/09)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landesarbeitgericht Düsseldorf (il-Ġermanja).
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Dietmar Klarenberg.
Konvenuta: Ferrotron Technologies GmbH.
Domandi preliminari
Parti minn impriża jew min-negozju tiġi trasferita lill-persuna oħra li timpjega, skond l-Artikoli 1(1)(a) u (b) tad-Direttiva 2001/23/KE, fil-każ biss fejn il-persuna l-ġdida li timpjega topera l-parti mill-impriża jew min-negozju bħala parti awtonoma fis-sens organizzativ ta' impriża jew ta' negozju?
Full & Egal Universal Law Academy