12.1.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 8/6
Rikors imressaq fit-22 ta' Ottubru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu
(Kawża C-469/07)
(2008/C 8/10)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: H. Kraemer, aġent)
Konvenut: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu
Talbiet
—
tikkonstata li billi naqas li jikkomunika l-qrati tad-disinni Komunitarji lill-Kummissjoni, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas li jwettaq l-obbligi imposti fuqu skond l-Artikolu 80(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002 tat-12 ta' Diċembru 2001 dwar id-disinni Komunitarji (1);
—
tordna lill-Gran Dukat tal-Lussemburgu jbati l-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu ma ssodisfax l-obbligu previst fl-Artikolu 80(2) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 li jipprovdi li kull Stat Membru għandu jikkomunika lill-Kummissjoni mhux iktar tard mis-6 ta' Marzu 2005 lista tal-qrati tad-disinni Komunitarji, li fiha jindika isimhom u l-ġurisdizzjoni territorjali tagħhom.
(1) ĠU 2002, L 3, p. 1.
Full & Egal Universal Law Academy