26.1.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 22/21
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d'État (Il-Belġju) fl-24 ta' Ottubru 2007 — Association générale de l'industrie du médicament ASBL, Bayer SA, Servier Benelux SA, Janssen Cilag SA, Pfizer SA vs L-Istat Belġjan — Intervenjenti: Sanofi-Aventis Belgium SA
(Kawża C-471/07)
(2008/C 22/40)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Conseil d'État
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Association générale de l'industrie du médicament ASBL, Bayer SA, Servier Benelux SA, Janssen Cilag SA, Pfizer SA.
Konvenut: L-Istat Belġjan.
Domandi preliminari
1)
Il-kunċett ta' reviżjoni tal-kundizzjonijiet makro-ekonomiċi msemmi fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill Nru 89/105/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988, dwar it-trasparenza ta' miżuri li jirregolaw il-prezzijiet ta' prodotti mediċinali għall-użu tal-persuna u li jkunu parti mill-pjan ta' sistemi nazzjonali ta' assigurazzjoni tas-saħħa (1) għandu jiġi estiż biss għall-eżami tal-kontroll ta' l-ispejjeż tas-saħħa pubblika, jew għandu jkopri anki kundizzjonijiet oħra makro-ekonomiċi, b'mod partikolari dawk tal-qasam ta' l-industrija farmaċewtika fejn il-prodotti jistgħu jkunu suġġetti għal friża tal-prezzijiet?
2)
Il-kunċett ta' reviżjoni tal-kundizzjonijiet makro-ekonomiċi msemmi fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill Nru 89/105/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988, iċċitata aktar 'il fuq, jista' jkun ibbażat fuq tendenza jew tendenzi ġenerali, bħal per eżempju li jiġi assigurat bilanċ fir-rigward tal-kura tas-saħħa, jew għandu jkun ibbażat fuq kriterji aktar preċiżi?
(1) ĠU L 40. p. 8.
Full & Egal Universal Law Academy