26.1.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 22/22
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d'État (Kunsill ta' l-Istat) (Franza) fil-25 ta' Ottubru 2007 — Association nationale pour la protection des eaux et des rivières — TOS, Association OABA vs Ministère de l'écologie, du développement et de l'aménagement durables — Parti intervenjenti: Association France Nature Environnement
(Kawża C-473/07)
(2008/C 22/42)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Conseil d'État
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Association nationale pour la protection des eaux et des rivières — TOS, Association OABA.
Konvenut: Ministère de l'écologie, du développement et de l'aménagement durables.
Domandi preliminari
Il-punt 6.6(a) ta' l-Anness I tad-Direttiva 96/61/KE, ta' l-24 ta' Settembru 1996 (1), li japplika għall-installazzjonijiet għat-trobbija intensiva ta' tjur b'iktar minn 40 000 post, għandu jiġi interpretat fis-sens:
1)
li jinkludi taħt il-kamp ta' applikazzjoni tiegħu s-summien, il-perniċi u l-ħamiem,
2)
f'każ ta' risposta affermattiva, li jawtorizza mekkaniżmu għall-kalkolu tal-limiti ta' awtorizzazzjoni abbażi ta' sistema ta' “annimali-ekwivalenti” li tagħti weighting lin-numru ta' annimali għal kull post skond l-ispeċji, sabiex jittieħed in kunsiderazzjoni l-ammont ta' nitroġenu effettivament prodott mill-ispeċji differenti?
(1) Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE, ta' l-24 ta' Settembru 1996, dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrat tat-tniġġis (ĠU L 257, p. 26).
Full & Egal Universal Law Academy