26.1.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 22/23
Rikors imressaq fil-25 ta' Ottubru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Polonja
(Kawża C-475/07)
(2008/C 22/43)
Lingwa tal-kawża: Il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: W. Mőlls u K. Hermann, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja
Talbiet
—
tikkonstata li, billi fl-1 ta' Jannar 2006 s-sistema tagħha ta' tassazzjoni fuq l-enerġija elettrika ma kinitx konformi mal-kundizzjonijiet ta' l-Artikolu 21(5) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE (1) tas-27 ta' Ottubru 2003, li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta' enerġija u elettriku, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-Direttiva,
—
tikkundanna lir-Repubblika tal-Polonja tbati l-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Il-perijodu tranżitorju mogħti lir-Repubblika tal-Polonja għat-traspożizzjoni tad-direttiva skada fl-1 ta' Jannar 2006.
(1) ĠU L 283 tal-5 ta' Ottubru 2003, p. 51.
Full & Egal Universal Law Academy