26.1.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 22/23
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Berlin (Il-Ġermanja) fid-29 ta' Ottubru 2007 — M.C.O. Congres vs Suxess GmbH
(Kawża C-476/07)
(2008/C 22/44)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landgericht Berlin (il-Ġermanja)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: M.C.O. Congres
Konvenuta: Suxess GmbH
Domandia preliminari
L-Artikolu 9(2)(e) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ (1) fil-verżjoni tagħha kif emendata mid-direttiva tat-22 ta' Ottubru 1999 (ĠU 1999 L 277, p. 34) għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ ta' servizzi anċillari għal servizzi kulturali u sportivi, skond l-inċiż 4(a) ta' l-Artikolu 259A tal-Kodiċi Ġenerali tat-Taxxi — li jikkonsistu fl-awtorizzazzjoni min-naħa ta' min jirċievi s-servizz li jitwaħħlu reklami fuq kartelluni, f'postijiet fejn isiru l-attivitajiet u fuq T-shirts — dawn huma servizzi ta' reklamar skond l-Artikolu 9(2) tas-Sitt Direttiva tal-VAT, b'tali mod li l-post ta' dawn is-servizzi jitqies li huwa dak fejn hija stabbilita l-attività ekonomika ta' min jirċievi s-servizz?
(1) ĠU L 145, p. 1.
Full & Egal Universal Law Academy