26.1.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 22/25
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Lahr (Il-Ġermanja) fil-5 ta' Novembru 2007 — Pia Messner vs v Firma Stefan Krüger
(Kawża C-489/07)
(2008/C 22/48)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Amtsgericht Lahr
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Pia Messner
Konvenuta: Stefan Krüger, SFK Laptophandel
Domanda preliminari
L-Artikolu 6(2), flimkien mat-tieni sentenza ta' l-Artikolu 6(1), tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 97/7/KE, ta' l-20 ta' Mejju 1997, dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi fir-rigward ta' kuntratti li jsiru mill-bogħod (1) jista' jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni tal-liġi nazzjonali li biha l-bejjiegħ ikun jista' jitlob, fil-każ ta' revoka fiż-żmien stipulat mill-konsumatur, kumpens għall-valur ta' l-użu tal-merkanzija pprovduta?
(1) ĠU L 144, p. 19.
Full & Egal Universal Law Academy