26.1.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 22/26
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht für Strafsachen Wien (L-Awstrija) fil-31 ta' Ottubru 2007 — Proċedura kriminali kontra Vladimir Turansky
(Kawża C-491/07)
(2008/C 22/49)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landgericht für Strafsachen Vjenna (l-Awstrija)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Staatsanwaltschaft Wien
Konventut: Vladimir Turansky
Domanda preliminari
L-Artikolu 54 tal-Konvenzjoni li jimplementa l-Ftehim ta' Schengen, ta' l-14 ta' Ġunju 1985, bejn il-Gvernijiet ta' l-Istati ta' l-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja u tar-Repubblika Franċiża dwar l-abolizzjoni gradwali tal-kontrolli fuq il-fruntieri komuni (1) tagħhom, iffirmat fid-19 ta' Ġunju 1990, li jistabbilixxi l-prinċipju ta' ne bis in idem, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi proċedura kriminali fir-Repubblika ta' l-Awstrija meta proċedura kriminali mibdija fir-Repubblika Slovakka għall-istess fatti, wara l-adeżjoni ta' dan il-pajjiż fl-Unjoni Ewropea, tkun intemmet b'mod eżekuttiv, wara li l-awtorità tal-pulizija, wara eżami fil-mertu u mingħajr ebda penali oħra, tkun ordnat is-sospsensjoni tagħha?
(1) ĠU L 239, p. 19.
Full & Egal Universal Law Academy