26.1.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 22/26
Rikors imressaq fis-7 ta' Novembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Polonja
(Kawża C-492/07)
(2008/C 22/50)
Lingwa tal-kawża: Il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: A. Nijenhuis u K. Mojzesowicz, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja
Talbiet
—
tiddikjara li, billi ma ggarantietx it-traspożizzjoni xierqa fid-dritt nazzjonali tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 2002/21/KE (1) tas-7 ta' Marzu 2002, dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru) u b'mod partikolari ta' l-Artikolu 2(k), li jirrigwarda d-definizzjoni ta' abbonat, ir-Repubblika tal-Polonja naqset mill-obbligi li għandha skond l-imsemmija direttiva,
—
tikkundanna lir-Repubblika tal-Polonja tbati l-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu mogħti għat-traspożizzjoni tad-direttiva skada fit-30 ta' April 2004.
(1) ĠU L 108, 24.4.2002, p. 33.
Full & Egal Universal Law Academy