12.1.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 8/10
Rikors imressaq fl-20 ta' Novembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Franċiża
(Kawża C-507/07)
(2008/C 8/18)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: H. Kraemer, aġent)
Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża
Talbiet tal-parti rikorrenti
—
tikkonstata li fin-nuqqas ta' komunikazzjoni tal-qrati tad-disinji jew mudelli Komunitarji lill-Kummissjoni, ir-Repubblika Franċiża naqset mill-obbligi tagħha skond l-Artikolu 80(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002, tat-12 ta' Diċembru 2001 dwar id-disinji Komunitarji (1);
—
tikkundanna lir-Repubblika Franċiża tbati l-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-Republika Franċiża ma ssodisfatx l-obbligu previst fl-Artikolu 80(2) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002, li jgħid li kull Stat Membru għandu jikkomunika lill-Kummissjoni, mhux iktar tard mis-6 ta' Marzu 2005, lista tal-qrati tad-disinji jew mudelli Komunitarji, li fihom jindikaw isimhom u kompetenza territorjali tagħhom.
(1) ĠU 2002, L 3, p. 1.
Full & Egal Universal Law Academy