9.2.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 37/7
Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mit-Tribunale di Bergamo (L-Italja) fil-21 ta' Novembru 2007 — Luigi Scarpelli vs NEOS Banca SpA
(Kawża C-509/07)
(2008/C 37/08)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Qorti tar-rinviju
It-Tribunale di Bergamo
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Luigi Scarpelli
Konvenuta: NEOS Banca SpA
Domanda preliminari
L-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 87/102/KEE (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li, ftehim bejn il-fornitur u l-finanzjatur, li abbażi tiegħu dan il-kreditur iqiegħed il-kreditu għad-dispożizzjoni tal-klijenti ta' dak il-fornitur, huwa kundizzjoni neċessarja għad-dritt tal-konsumatur li jieħu r-rimedji kontra min jagħti l-kreditu — f'każ ta' nuqqas ta' twettiq ta' obbligu tal-fornitur — ukoll meta dan id-dritt huwa (a) biss dak ta' tmiem tal-kuntratt ta' finanzjament, jew (b) dak ta' tmiem ta' kuntratt u ta' rifużjoni sussegwenti tas-somom imħallsa lill-kreditur?
(1) ĠU L 42, p. 48.
Full & Egal Universal Law Academy