26.1.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 22/32
Rikors imressaq fil-21 ta' Novembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Belġju
(Kawża C-510/07)
(2008/C 22/58)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Rozet u B. Schima, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju
Talbiet
—
tikkonstata li, billi naqas milli jadotta d-dispożizzjonjiet leġiżlattivi, regolamentari jew amministrattivi xierqa sabiex, fit-territorju tal-Komunità, jinżamm b'mod permanenti l-livell ta' ħażniet ta' prodotti petroliferi għat-tieni kategorija ta' prodotti petroliferi elenkati fl-Artikolu 2, ir-Renju tal-Belġju naqas mill-obbligi imposti fuqu mill-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 68/414/KEE ta' l-20 ta' Diċembru 1968, li timponi obbligu fuq l-Istati Membri tal-KEE li jżommu ħażniet minimi ta' prodotti taż-żejt mhux maħdum u/jew prodotti petroliferi (1);
—
tikkundanna lir-Renju tal-Belġju jbati l-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Permezz tar-rikors tagħha, il-Kummissjoni takkuża lill-konvenut li, b'mod regolari, naqas milli jissodisfa l-obbligu li jżomm ħażniet ta' prodotti petroliferi previst fid-Direttiva 68/414/KEE, kif emendata u sussegwentement ikkodifikata permezz tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/67/KE ta' l-24 ta' Lulju 2006 (2), f'dak li jirrigwarda l-prodotti tat-tieni kategorija prevista minn din id-direttiva, jiġifieri ż-żejt tal-gass, iż-żejt tad-dijżil, il-pitrolju u l-fjuwil tal-ġettijiet tat-tip tal-pitrolju. F'dan ir-rigward il-Kummissjoni tirrileva, b'mod partikolari, li teżisti diskrepanza kultant kbira bejn iċ-ċifri relattivi għall-konsum intern tal-prodotti in kwistjoni mogħtija mill-konvenut fil-kuntest tas-sommarji statistiċi ta' kull xahar u l-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha permezz tal-Eurostat.
(1) ĠU L 308, p. 14.
(2) ĠU L 217, p. 8.
Full & Egal Universal Law Academy