9.2.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 37/8
Rikors imressaq fit-22 ta' Novembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' Spanja
(Kawża C-516/07)
(2008/C 37/09)
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: S. Pardo Quintillan, aġent)
Konvenut: Ir-Renju ta' Spanja
Talbiet tar-rikorrenti
—
Tiddikjara li
—
billi m'identifikax l-awtoritajiet kollha kompetenti għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2000/60/KE tat-23 ta' Ottubru 2000 (1), li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika ta' l-ilma, ir-Renju ta' Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skond l-Artikolu 3(2) u (7) ta' din id-direttiva.
—
Billi m'informax lill-Kummissjoni bil-lista ta' l-awtoritajiet kompetenti kollha, ir-Renju ta' Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skond l-Artikolu 3(8) tad-Direttiva 2000/60/KE
—
Tikkundanna lir-Renju ta' Spanja jbati l-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikors imressaq mill-Kummissjoni huwa bbażat fuq l-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2000/60/KE tat-23 ta' Ottubru 2000, li jistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika ta' l-ilma.
Skond l-Artikolu 3(2), (7) u (8), l-Istati Membri għandhom jidentifikaw l-awtoritajiet kompetenti għall-applikazzjoni tar-regoli tad-Direttiva 2000/60/KE u jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-lista ta' l-awtoritajiet kompetenti sad-data stabbilita.
(1) ĠU L 327, p. 1.
Full & Egal Universal Law Academy