26.1.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 22/34
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice (Chancery Division) (Ir-Renju Unit) fit-22 ta' Novembru 2007 — Afton Chemical Limited vs The Commissioners of Her Majesty's Revenue & Customs
(Kawża C-517/07)
(2008/C 22/61)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Qorti tar-rinviju
High Court of Justice (Chancery Division) (Ir-Renju Unit).
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Afton Chemical Limited.
Konvenuta: The Commissioners of Her Majesty's Revenue & Customs.
Domandi preliminari
1)
Additivi għall-karburant bħal dawk in kwistjoni, li mhumiex intiżi sabiex jiġu użati, offerti għall-bejgħ jew użati bħala karburant iżda li huma miżjuda mal-karburant għal skopijiet għajr milli biex tiżdied is-saħħa tal-vettura li fiha l-karburant huwa użat, huma suġġetti għall-intaxxar skond l-Artikolu 2(3) tad-Direttiva 92/81/KE?
2)
Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda hija pożittiva, dawn l-additivi jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni ta' l-eżenzjoni skond l-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 92/81/KE (1)?
3)
Additivi għall-karburant bħal dawk in kwistjoni, li mhumiex intiżi sabiex jiġu użati, offerti għall-bejgħ jew użati bħala karburant iżda li huma miżjuda mal-karburant għal skopijiet oħra għajr milli biex tiżdied is-saħħa tal-vettura li fiha l-karburant huwa użat, huma suġġetti għall-intaxxar skond it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 2(3) tad-Direttiva 2003/96/KE (2)?
4)
Jekk ir-risposta għat-tielet domanda hi pożittiva, dawn l-additivi huma esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2003/96/KE skond l-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 4(b) tad-Direttiva?
5)
Id-dazju impost mir-Renju Unit fuq l-additivi għall-karburant imsemmija iktar 'il fuq huwa prekluż mid-dritt Komunitarju u b'mod partikolari, mill-Artikolu 3 tad-Direttiva 92/12/KEE (3)?
(1) ĠU L 316, p. 12.
(2) ĠU L 283, p. 51.
(3) ĠU L 76, p. 1.
Full & Egal Universal Law Academy