9.2.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 37/9
Appell imressaq fit-22 ta' Novembru 2007 mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Settembru 2007, Kawża T-348/03, Koninklijke Friesland Foods NV(li qabel kienet Friesland Coberco Dairy Foods Holding NV) vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
(Kawża C-519/07 P)
(2008/C 37/11)
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: H. van Vliet u S. Noë, mandatarji)
Partijiet oħ ra fil-kawża: Koninklijke Friesland Foods NV, li qabel kienet Friesland Coberco Dairy Foods Holding NV
Talbiet tal-parti rikorrenti
—
tannulla s-sentenza kkontestata, tiċħad ir-rikors għall-annullament tad-deċiżjoni u tordna lil Koninklijke Friesland Foods NV (KFF) tbati l-ispejjeż tal-proċedura quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza u ta' dan l-appell;
—
sussidjarjament: tannulla s-sentenza kkontestata safejn din tagħti ċertu drittijiet lil operaturi tas-suq oħrajn apparti minn KFF li, fil-11 ta' Lulju 2001, kienet iddepożitat talba għall-applikazzjoni ta' l-iskema ta' għajnuna kkonċernata quddiem l-amministrazzjoni fiskali Olandiża u tiċħad ir-rikors għal annullament tad-deċiżjoni safejn dan jagħti drittijiet lil operaturi tas-suq oħrajn apparti minn KFF li, fil-11 ta' Lulju 2001, kienet iddepożitat talba għall-applikazzjoni ta' l-iskema ta' għajnuna in kwistjoni.
Motivi u argumenti prinċipali
Il-Kummissjoni tqis li l-Qorti tal-Prim'Istanza wettqet żball:
(i)
billi qieset li KFF kellha interess fil-proċedura minħabba li, jekk ir-rikors tagħha kellu jiġi milqugħ, hija setgħet tobbliga lill-awtoritajiet Olandiżi jeżaminaw it-talba tagħha fir-rigward ta' l-iskema CFA (is-sentenza kkontestata, punti 58 sa 73);
(ii)
billi qieset li KFF hija affettwata direttament u individwalment mid-deċiżjoni (is-sentenza kkontestata, punti 93 sa 101);
(iii)
billi annullat id-deċiżjoni abbażi ta' fatti li ma kinux magħrufa u li ma setgħux ikunu magħrufa mill-Kummissjoni fid-data ta' meta hija adottat id-deċiżjoni tagħha, jiġifieri s-sitwazzjoni konkreta ta' KFF (is-sentenza kkontestata, punti 141 sa 143);
(iv)
l-ewwel parti: billi kkunsidrat żbaljatament bħala mhux ikkontestat — u għaldaqstant ipprovat — element ta' importanza essenzjali fil-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Prim'Istanza (billi ddikjarat żbaljatament li l-Kummissjoni ma kkontestatx li r-rikorrenti ħadet miżuri ta' kontabbiltà u deċiżjonijiet finanzjarji u ekonomiċi li ma setgħux jiġu emendati fi żmien ħmistax-il xahar, is-sentenza kkontestata, punt 137);
it-tieni parti: billi qieset li impriża li ressqet biss talba sabiex tiġi awtorizzata tibbenefika minn skema ta' għajnuna tista' tinvoka l-aspettattivi leġittimi (is-sentenza kkontestata, punti 125 sa 140);
(v)
billi qieset li KFF tista' ġustament tinvoka l-prinċipju ta' trattament ugwali (is-sentenza kkontestata, punti 149 u 150);
(vi)
sussidjarjament: billi annullat is-sentenza kkontestata safejn din tagħti drittijiet lil operaturi tas-suq oħrajn apparti minn KFF (is-sentenza kkontestata, punt 1).
Full & Egal Universal Law Academy