9.2.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 37/14
Rikors imressaq fid-29 ta' Novembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Portugiża
(Kawża C-530/07)
(2008/C 37/18)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: S. Pardo Quintillan u G. Braga da Cruz, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża
Talbiet
—
a)
tiddikjara li billi r-Repubblika Portugiża ma pprovdietx sistemi ta' ġbir skond l-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE (1), tal-21 ta' Mejju 1991, dwar it-trattament ta' l-ilma urban mormi, għall-aggrlomerazzjonijiet ta' Angra do Heroísmo, Bacia do Rio Uima (Fiães de S. Jorge), Costa de Aveiro, Covilhã, Espinho/Feira, Fátima, Ponta Delgada, Ponte de Lima, Póvoa do Varzim/Vila do Conde, Santa Cita, Vila Real de Santo António, Viana do Castelo — Cidade, Vila Real u
b)
billi l-ilma urban mormi mill-agglomerazzjonijiet ta' Alto Nabão, Alverca, Bacia do Rio Uima (Fiães de S. Jorge), Carvoeiro, Costa da Caparica/Trafaria, Costa de Aveiro, Costa Oeste, Covilhã, Espinho/Feira, Fátima, Fundão/Alcaria, Lisboa, Matosinhos, Milfontes, Moledo/Âncora/Afife, Nazaré/Famalicão, Pedrógão Grande, Ponta delgada, Ponte de Lima, Póvoa de Varzim/Vila do Conde, Santa Cita, Vila Nova de Gaia/Douro Nordeste, Vila Real de Santo António, Viana do Castelo — Cidade, Vila Franca de Xira, Vila Real, ma kienx suġġett għal trattament sekondarju jew trattament ekwivalenti, skond l-Artikolu 4 ta' l-istess direttiva,
hija naqset milli twettaq l-obbligi li hija għandha skond l-Artikoli 3 u 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE, tal-21 ta' Mejju 1991, dwar it-trattament ta' l-ilma urban mormi;
—
tikkundanna lir-Repubblika Portugiża tbati l-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
L-Istati Membri għandhom jipprovdu sabiex l-agglomerazzjonijiet kollha jkollhom sistemi ta' ġbir għall-ilma urban mormi, sal-31 ta' Diċembru 2000 fir-rigward ta' dawk b'ekwivalenti ta' popolazzjoni (e.p.) ta' iktar minn 15 000 u sal-31 ta' Diċembru 2005 għal dawk b'numru ta' e.p. bejn 2 000 u 15 000.
L-Artikolu 4 tad-direttiva, min-naħa tiegħu, jipprovdi li ġej:
“1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ilma mormi urban li jidħol f'sistemi ta' ġbir għandu ma jkun skarikat ikun suġġett għal trattament sekondarju jew trattament ekwivalenti ieħor kif ġej:
—
sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2000 għall-skariki kollha minn agglomerazzjoni ta' aktar minn 15 000 e.p.,
—
sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2005 għall-skariki kollha minn agglomerazzjoni ta' bejnl-10 000 u l-15 000 e.p.,
—
sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2005 għal skariki li jispiċċaw f'ilma ħelu u estwarji minn agglomerazzjonijiet ta' bejn l-2000 u l-10 000 e.p.
(…)”
(1) ĠU L 135, p. 40.
Full & Egal Universal Law Academy