9.2.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 37/15
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa minn Oberster Gerichtshof (L-Awstrija) fit-30 ta' Novembru 2007 — Falco Privatstiftung u Thomas Rabitsch vs Gisela Weller-Lindhorst
(Kawża C-533/07)
(2008/C 37/20)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberster Gerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Falco Privatstiftung, Thomas Rabitsch
Konvenuta: Gisela Weller-Lindhorst
Domandi preliminari
1.
Kuntratt li bis-saħħa tiegħu l-proprjetarju ta' dritt ta' proprjetà intellettwali jagħti lill-kontroparti l-jedd li juża dan id-dritt (kuntratt ta' konċessjoni) huwa kuntratt rigward “provvista ta' servizzi” fis-sens ta' l-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta' Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali (ir-Regolament ta' Brussell 1)? (1)
2.
Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv:
2.1
Is-servizz huwa pprovdut f'kull post fi Stat Membru fejn l-użu tad-dritt huwa permess taħt il-kuntratt u dan fil-fatt iseħħ?
2.2
Jew inkella huwa s-servizz ipprovdut fil-post tad-domiċilju jew, jekk ikun il-każ, fil-post fejn tinsab l-amministrazzjoni ċentrali, ta' dak li jagħmel il-konċessjoni?
2.3
Jekk ir-risposta għad-domanda 2.1 jew għad-domanda 2.2 tkun fl-affermattiv, il-qorti kompetenti għandha wkoll is-setgħa li tiddeċiedi dwar id-drittijiet ta' l-awtur li jirriżultaw mill-użu tad-dritt fi Stat Membru ieħor jew f'pajjiż terz?
3.
Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda, jew għad-domanda 2.1 u 2.2 tkun fin-negattiv: Għandha l-ġurisdizzjoni rigward ħlas ta' drittijiet ta' l-awtur taħt l-Artikolu 5(1)(a) u (ċ) tar-Regolament ta' Brussell 1 tibqa' tiġi stabbilita skond il-prinċipji li jirriżultaw mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fir-rigward ta' l-Artikolu 5(1) tal-Konvenzjoni dwar il-Ġurisdizzjoni u l-Eżekuzzjoni ta' Sentenzi f'Materji Ċivili u Kummerċjali (il-Konvenzjoni ta' Brussell)?
(1) ĠU L 12, p. 1.
Full & Egal Universal Law Academy