9.2.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 37/17
Rikors imressaq fit-30 ta' Novembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana
(Kawża C-539/07)
(2008/C 37/23)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: E. Montaguti u A. Nijenhuis, aġenti)
Konvenut: Ir-Repubblika Taljana
Talbiet
—
tiddikjara li billi, fir-rigward tas-sejħiet kollha magħmula għan-numru uniku Ewropew għal sejħa ta' emerġenza “112”, naqset milli tpoġġi għad-dispożizzjoni ta' l-awtoritajiet mitluba jintervjenu f'każ ta' emerġenza t-tagħrif dwar il-lok ta' min jagħmel is-seħja, sal-limiti teknikament possibbli, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 26(3) tad-Direttiva 2002/22/KE (1);
—
tikkundanna lir-Repubblika Taljana tbati l-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2002/22/KE skada fl-24 ta' Lulju 2003.
(1) Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002, dwar servizz universali u d-drittijiet ta' l-utenti li jirrelataw ma' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi (ĠU L 108, p. 51).
Full & Egal Universal Law Academy