9.2.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 37/18
Rikors imressaq fit-3 ta' Diċembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Belgju
(Kawża C-543/07)
(2008/C 37/26)
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: M. Van Beek, agent)
Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju
Talbiet
—
tiddikjara li, billi ma adottax id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolamentari u amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/73/KE (1) tat-23 ta' Settembru 2002, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/207/KEE dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fir-rigward ta' aċċess għall-impjieg, taħriġ professjonali u promozzjoni, u kondizzjonijiet tax-xogħol jew, f'kull każ, billi ma nnotifikhomx lill-Kummissjoni, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skond din id-Direttiva;
—
tikkundanna lir-Renju tal-Belġju jbati l-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-direttiva skada fil-5 ta' Ottubru 2005.
(1) ĠU L 269, p. 15.
Full & Egal Universal Law Academy