9.2.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 37/19
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Wojewódzki Sąd Administracyjny we Wrocławiu (ir-Repubblika tal-Polonja) fl-4 ta' Diċembru 2007 — Uwe Rüffler vs Dyrektor Izby Skarbowej we Wrocławiu Ośrodek Zamiejscowy w Wałbrzychu
(Kawża C-544/07)
(2008/C 37/27)
Lingwa tal-kawża: Il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Wojewódzki Sąd Administracyjny we Wrocławiu
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Uwe Rüffler
Konvenuti: Dyrektor Izby Skarbowej we Wrocławiu Ośrodek Zamiejscowy w Wałbrzychu.
Domanda preliminari
L-Artikolu 12(1) u l-Artikolu 39(1) u (2) tat-Trattat KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu d-dispożizzjoni prevista fl-Artikolu 27b ta' l-ustawa o podatku dochodowym od osób fizycznych (Liġi dwar it-taxxa fuq l-income tal-persuni fiżiċi) li tipprovdi li d-dritt għat-tnaqqis mid-dħul taxxabbli ta' ammonti mħallsa bis-saħħa ta' kontribuzzjonijiet ta' assigurazzjoni medika obligatorja huwa limitat biss għal dawk il-kontribuzzjonijiet imħallsa abbażi tad-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali, f'sitwazzjoni fejn persuna residenti fit-territorju nazzjonali titlob li mid-dħul taxxabbli tagħha fil-Polonja jitnaqqsu kontribuzzjonijiet imħallsa f'sistema ta' assigurazzjoni medika obbligatorja ta' Stat Membru ieħor?
Full & Egal Universal Law Academy