9.2.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 37/20
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d'État (Franza) fil-11 ta' Diċembru 2007 — Komun ta' Sausheim vs Pierre Azelvandre
(Kawża C-552/07)
(2008/C 37/29)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Conseil d'État
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Komun ta' Sausheim.
Konvenut: Pierre Azelvandre
Domandi preliminari
1.
Il-“post fejn ir-rilaxx ta' l-organiżmi modifikati ġenetikament se jsir”, li ma jistax, skond l-Artikolu 19 tad-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE tat-23 ta' April 1990 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta' organiżmi modifikati ġenetikament (1), jinżamm kunfidenzjali, għandu jinftiehem bħala l-porzjon ta' art irreġistrata fil-katast jew żona ġeografika akbar li tikkorrispondi jew għall-Komun li fih ser iseħħ ir-rilaxx jew għal żona estiża aktar (“canton”, dipartiment)?
2.
F'każ li l-post għandu jinftiehem bħala li jindika l-porzjon ta' art irreġistrata fil-katast, tista' ssir eċċezzjoni bil-għan tal-protezzjoni ta' l-ordni pubbliku jew ta' sigrieti oħra protetti mil-liġi, għall-komunikazzjoni tar-referenzi katastali tal-post tar-rilaxx, fuq il-bażi ta' l-Artikolu 95 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea li saret il-Komunità Ewropea jew tad-Direttiva 2003/4/KE (2) tat-28 ta' Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali jew ta' prinċipju ġenerali tad-dritt Komunitarju?
(1) ĠU L 117, p. 15.
(2) Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Diretiva tal-Kunill 90/313/KEE (ĠU L 41, p. 26).
Full & Egal Universal Law Academy