29.3.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 79/12
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesarbeitsgerichts Düsseldorf (il-Ġermanja) fit-13 ta' Diċembru 2007 — Seda Kücükdeveci vs Swedex GmbH & Co. KG
(Kawża C-555/07)
(2008/C 79/21)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landesarbeitsgericht Düsseldorf (il-Ġermanja).
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Seda Kücükdeveci
Konvenuta: Swedex GmbH & Co. KG
Domandi preliminari
1.
a)
Liġi nazzjonali li tistabbilixxi li t-terminu ta' notice li għandu jiġi rrispettat minn min iħaddem jiżdied b'mod progressiv skond it-tul tas-servizz, iżda li ma tiħux in kunsiderazzjoni l-perijodi ta' impjieg li l-impjegat ikun ħadem qabel ma kien laħaq l-età ta' 25 sena, tikser il-projbizzjoni ta' diskriminazzjoni abbażi ta' l-età stabbilita mil-liġi Komunitarja, b'mod partikolari l-liġi Komunitarja primarja jew id-Direttiva 2000/78/KE tas-27 ta' Novembru 2000 (1)?
b)
Jista' jiġi ġġustifikat il-fatt li min iħaddem għandu jirrispetta biss terminu ta' notice bażi f'każ ta' tkeċċija ta' impjegati żagħżagħ minħabba li dan għandu interess ekonomiku fit-tmexxija tal-persunal flessibbli — fejn perijodi itwal ta' notice jistgħu ikunu ta' ħsara għal dan l-interess ekonomiku — u li l-impjegati żagħżagħ jiġu mċaħda mill-protezzjoni ta' l-istabbiltà tax-xogħol u mill-possibbiltà li jużaw id-dispożizzjonijiet (li jagħtu lill-impjegati iktar anzjani termini ta' notice itwal), per eżempju għaliex, fir-rigward ta' l-età tagħhom u/jew tal-fatt li għandhom inqas obbligi soċjali, familjari u privati, jista' b'mod raġjonevoli jkun meħtieġ minnhom flessibbiltà u mobilità professjonali u personali ikbar?
2.
F'każ ta' risposta fil-pożittiv għad-domanda 1 a) u ta' risposta fin-negattiv għad-domanda 1 b):
Il-Qorti ta' Stat Membru li jkollha quddiemha kwistjoni bejn persuni privati għandha tinjora liġi manifestament kuntrarja għal-liġi Komunitarja jew għandha tieħu in kunsiderazzjoni l-fiduċja li l-individwi għandhom fl-applikazzjoni tal-liġijiet nazzjonali fis-seħħ fis-sens li n-nuqqas ta' applikazzjoni jseħħ biss wara deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fuq il-liġi in kwistjoni jew fuq liġi essenzjalment simili?
(1) ĠU L 303, p. 16.
Full & Egal Universal Law Academy