23.2.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 51/36
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice (Queen's Bench Division) Administrative Court (Ir-Renju Unit) fis-17 ta' Diċembru 2007 — The Queen on the application of S.P.C.M. SA, C.H. Erbslöh KG, Lake Chemicals and Minerals Limited, Hercules Incorporated vs Secretary of State for Environment, Food and Rural Affairs
(Kawża C-558/07)
(2008/C 51/60)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Qorti tar-rinviju
High Court of Justice (Queen's Bench Division) Administrative Court
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: S.P.C.M. SA, C.H. Erbslöh KG, Lake Chemicals and Minerals Limited, Hercules Incorporated
Konvenut: Secretary of State for Environment, Food and Rural Affairs
Domandi preliminari
1)
Fid-dawl tal-fatt li r-rekwiżiti għar-reġistrazzjoni fit-Titolu II tar-Regolament REACH (1) ma japplikawx għal polimeri skond l-Artikolu 2(9) tar-Regolament, ir-referenza għal “sustanzi monomeriċi” fl-Artikolu 6(3) għandha tfisser:
(a)
monomeri reaġiti, jiġifieri dawk il-monomeri li rreaġixxew flimkien b'tali mod li ma jistgħux jiġi separati mill-polimera li jiffurmaw parti minnha;
(b)
monomeri mhux reaġiti, jiġifieri dawk il-monomeri li jifdal mill-proċess tal-polimerazzazzjoni u li jżommu separati l-identitajiet u l-proprjetajiet kimiċi tagħhom mill-polimera wara li dan il-proċess jitlesta; jew
(c)
kemm monomeri reaġiti kif ukoll mhux reaġiti?
2)
Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda hija jew (a) jew (b), għandu jiġi kkunsidrat li l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 6(3) għall-manifatturi jew għall-importaturi tal-polimeri hija illegali peress li r-rekwiżiti huma irraġonevoli, diskriminatorji u sporoporzjonati?
(1) Regolament (KE) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1907/2006, tat-18 ta' Diċembru 2006, dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni, ĠU L 396, p. 1
Full & Egal Universal Law Academy