8.3.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 64/20
Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mit-Tallinna Halduskohus (L-Estonja) fit-18 ta' Diċembru 2007 — AS Balbiino vs EV Põllumajandusministeerium, Maksu- ja Tolliameti Põhja maksu- ja tollikeskus
(Kawża C-560/07)
(2008/C 64/31)
Lingwa tal-kawża: L-Estonjan
Qorti tar-rinviju
Tallinna Halduskohus
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: AS Balbiino.
Konvenuti: EV Põllumajandusministeerium u Maksu- ja Tolliameti Põhja maksu- ja tollikeskus
Domandi preliminari
1)
Għandu jiġi kkunsidrat li l-liġi ta' l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari, id-dispożizzjonijiet magħquda ta' l-Artikolu 6(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 60/2004 (1), tat-tielet premessa tal-Preambolu tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 832/2005 (2) u ta' l-Artikolu 4(1) u (2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1972/2003 (3), jipprekludu li l-kwantità ta' ħażniet żejda ta' l-operatur tiġi stabbilita billi jitnaqqsu awtomatikament mill-ħażniet żejda [sic] (skond il-ħażniet ittrasferiti 'l quddiem) il-ħażniet medji miżmuma fl-1 ta' Mejju matul dawn l-aħħar snin ta' attività — iżda mhux iktar minn erba' snin — qabel l-1 ta' Mejju 2004, immoltiplikat bil-ko-effiċjent 1.2?
F'każ ta' risposta affermattiva, ir-risposta tkun differenti jekk, matul id-determinazzjoni tal-kwantità ta' ħażniet ittrasferiti 'l quddiem u l-kwantità ta' ħażniet żejda, ikun ukoll possibbli li tittieħed in kunsiderazzjoni ż-żieda fil-volum ta' produzzjoni, ta' proċessar jew ta' bejgħ mill-operatur, tat-terminu ta' maturazzjoni tal-prodotti agrikoli, tal-perijodu li fih ġew ikkostitwiti l-ħażniet, kif ukoll ta' elementi oħra indipendenti mill-operatur?
2)
Il-fatt li jiġi kkunsidrat li l-ħażniet kollha ta' prodotti agrikoli miżmuma mill-operatur fl-1 ta' Mejju 2004 jikkorrispondu għall-ħażniet żejda tiegħu, huwa konformi ma' l-għan tal-liġi ta' l-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari dik tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1972/2003?
3)
Fl-ipoteżi fejn operatur ikun beda l-attività tiegħu bil-prodotti agrikoli kkonċernati inqas minn sena qabel l-1 ta' Mejju 2004, il-liġi ta' l-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1972/2003 u l-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 60/2004, tipprekludi li l-imsemmi operatur ikollu l-obbligu li jagħti prova huwa stess li l-kwantità ta' ħażniet ta' prodotti agrikoli li huwa jżomm fl-1 ta' Mejju 2004 tikkorrispondi mal-kwantità ta' ħażniet ta' prodotti agrikoli li huwa jista' normalment jipproduċi, ibigħ jew jittrasferixxi jew jakkwista b'mod ieħor, kemm jekk bi ħlas jew gratwitament?
F'każ ta' risposta affermattiva, ir-risposta tkun differenti jekk, indipendentement mill-obbligu fuq l-operatur fir-rigward tal-prova, l-amministrazzjoni jkollha l-obbligu, matul id-determinazzjoni tal-ħażniet li għandhom jiġu ttrasferiti 'l quddiem u l-ħażniet żejda ta' l-operatur minn meta jagħmel dikjarazzjoni li tikkonċerna prodott agrikolu, li tittieħed kunsiderazzjoni taż-żieda tal-ħażniet u tal-volum ta' produzzjoni, ta' proċessar jew ta' bejgħ mill-operatur, li saret wara l-1 ta' Mejju 2004?
4)
Il-ġbir ta' taxxa fuq il-ħażniet żejda hija konformi ma' l-għan tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1972/2003 u tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 60/2004 fl-ipoteżi fejn tiġi kkonstatata l-eżistenza ta' ħażniet żejda għand l-operatur fl-1 ta' Mejju 2004, iżda li dan jagħti prova li l-kummerċ tal-ħażniet żejda wara l-1 ta' Mejju 2004 ma ġablux profitt veru li kien espress fuq livell ta' differenza fil-prezzijiet?
5)
Id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 6(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 60/2004, li jipprovdu li, matul l-identifikazzjoni tal-kwantitajiet żejda ta' zokkor, ta' isoglukożju jew ta' fructose, wieħed għandu jieħu in kunsiderazzjoni, fost oħrajn, il-kapaċità ta' faċilitajiet ta' ħżin, jistgħu jiġu interpretati fis-sens li, fl-ipoteżi fejn il-kapaċitajiet tal-faċilitajiet ta' l-operatur intiżi għal ħżin żdiedu matul is-sena qabel l-adeżjoni, huwa ġġustifikat li jitnaqqsu l-ħażniet żejda ta' prodotti agrikoli, miżmuma mill-operatur fl-1 ta' Mejju 2004, indipendentement mill-attività ekonomika ta' l-operatur, tal-volum ta' proċessar tiegħu ta' prodotti agrikoli u ta' l-importanza tal-ħażniet ta' prodotti agrikoli matul snin ta' attività qabel l-1 ta' Mejju 2004 u tas-sentejn wara l-1 ta' Mejju 2004?
6)
L-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1972/2003 jipprekludi li t-taxxa fuq il-ħażniet żejda tiġi rkuprata mingħand l-operatur permezz ta' stima, fl-ipoteżi fejn l-istima tkun ġiet adottata matul il-perijodu ta' validità tar-Regolament, jiġifieri t-30 ta' April 2007, iżda li, skond il-liġi nazzjonali, saret obbligatorja fir-rigward ta' l-operatur biss wara t-tmiem tal-validità tar-Regolament u li l-liġi nazzjonali ma tipprovdix limitu ta' data għall-irkupru tat-taxxa fuq il-ħażniet?
(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 60/2004 ta' l-14 ta' Jannar 2004 li jistabbilixxi miżuri transitorji fis-settur taz-zokkor bħala riżultat tad-dħul tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, l-Islovenja u l-Islovakkja [fl-Unjoni Ewropea] (ĠU L 9, p. 8).
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 832/2005 tal-31 ta' Mejju 2005 dwar id-determinazzjoni tal-kwantitajiet żejda ta' zokkor, ta' isoglukożju u ta' fructose għar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, l-Islovenja u l-Islovakkja (ĠU L 138, p. 3).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1972/2003 ta' l-10 ta' Novembru 2003 dwar il-miżuri tranżitorji li għandhom ikunu adottati fir-rigward tal-kummerċ fi prodotti agrikoli minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Lituwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, Slovenja u Slovakkja [fl-Unjoni Ewropea] (ĠU L 293, p. 3).
Full & Egal Universal Law Academy