8.3.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 64/23
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden fil-21 ta' Diċembru 2007 — Staatssecretaris van Financiën vs Stadeco B.V.
(Kawża C-566/07)
(2008/C 64/35)
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden (l-Olanda)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Staatssecretaris van Financiën
Konvenuta: Stadeco B.V.
Domandi preliminari
1)
Il-parti inizzjali u l-inċiż (ċ) ta' l-Artikolu 21(1) tas-Sitt Direttiva (1) għandhom jiġu interpretata fis-sens li l-ebda VAT mhija dovuta fl-Istat Membru li fih huwa residenti jew stabbilit min joħroġ il-fattura, meta fl-imsemmija fattura huwa jindika l-ammont ta' VAT fuq operazioni li, skond is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud, hija kkunsidrata bħala li seħħet fi Stat Membru ieħor jew fi Stat terz?
2)
Fil-każ ta' risposta negativa, fl-eventwalità li fattura fis-sens ta' l-Artikolu 21(1)(ċ) tas-Sitt Direttiva, tingħata lil destinatarju li m'għandux dritt li jnaqqas il-VAT (fejn għaldaqstant ma jirriżulta l-ebda riskju ta' telf mid-dħul tat-taxxa), l-Istat Membri jistgħu jassuġġettaw l-aġġustament tal-VAT, żbaljatament iffatturata u għaldaqstant dovuta skond din id-dispożizzjoni, għall-kundizzjoni li l-persuna taxxabbli tkun ħarġet lill-klijent tagħha fattura aġġustata li ma tkun tindika l-ebda VAT?
(1) Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima (ĠU L 145, p. 1).
Full & Egal Universal Law Academy