Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-16 ta’ Novembru 2007 –Autostrada dei Fiori u AISCAT vs Governo della Repubblica Italiana et
(Kawża C-12/07)
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Inammissibbiltà”
Domandi preliminari – Ammissibbiltà – Domandi magħmula mingħajr dettalji suffiċjenti fuq il-kuntest fattwali u leġiżlattiv (Artikolu 234 KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 23) (ara l-punti 16-18
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari – Tribunale civile di Genova – Għoti dirett ta’ l-amministrazzjoni ta’ servizzi u ta’ infrastrutturi pubbliċi lil kumpannija li għandha rwol ta’ superviżjoni tas-suq ikkonċernat – Għoti lil din il-kumpannija tas-setgħa li tiddetermina l-kontenut tal-kuntratti ta’ konċessjoni li jeżistu bejn il-kompetituri tagħha stess u l-Istat u li tirrexxindi l-imsemmija kuntratti – Kompatibbiltà ma’ l-Artikoli 43, 49, 82, 86 u 87 KE.
Dispożittiv
It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale civile di Genova, b’deċiżjoni tad-9 ta’ Jannar 2007, hija manifestament inammissibbli.
Full & Egal Universal Law Academy