Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-13 ta’ Ġunju 2007 – Blanco Pérez u Chao Gómez vs Consejería de Salud y Servicios Sanitarios et
(Kawżi magħquda C‑72/07 u C-111/07)
“Rinviju preliminari – Inammissibbiltà”
1. Domandi preliminari – Kompetenza tal-Qorti tal-Ġustizzja – Limiti – Kompetenza ta’ l-imħallef nazzjonali (Artikolu 234 KE) (ara l-punt 16)
2. Domandi preliminari – Ammissibbiltà – Domandi magħmula mingħajr preċiżjoni suffiċjenti fuq il-kuntest fattwali u leġiżlattiv (Artikolu 234 KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 23) (ara l-punti 17-19)
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari - Tribunal Superior de Justicia de Asturias - Interpretazzjoni ta’ l-Artikolu 43 KE - Leġiżlazzjoni li tipprovdi l-kundizzjonijiet li għandhom jiġu sodisfatti għall-ftuħ ta’ spiżeriji ġodda.
Dispożittiv
It-talbiet għal deċiżjoni preliminari ppreżentati mit-Tribunal Superior de Justicia de Asturias, b’deċiżjonijiet tat-30 ta’ Novembru 2006 u tad-29 ta’ Jannar 2007, huma manifestament inammissibbli.
Full & Egal Universal Law Academy