DIGRIET TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il‑Ħames Awla)
9 ta’ Novembru 2007
Kawża C 74/07 P
Luciano Lavagnoli
vs
Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
“Appell – Promozzjoni – Proċedura ta’ promozzjoni 2003 – Annullament tal-lista ta’ l-uffiċjali promossi – Assenjazzjoni tal-punti ta’ prijorità”
Suġġett: Appell ippreżentat mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It‑Tielet Awla) tat-23 ta’ Novembru 2006, Lavagnoli vs Il‑Kummissjoni (T‑422/04, li ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), li biha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet it-talba tar-rikorrent għall-annullament, minn naħa, tal-lista ta’ l-uffiċjali promossi skond il-proċedura ta’ promozzjoni 2003, minħabba li din il-lista ma tinkludix ismu, kif ukoll ta’ l-atti preparatorji ta’ din id-deċiżjoni u, min-naħa l-oħra, sussidjarjament, tad-deċiżjoni dwar l-assenjazzjoni tal-punti ta’ promozzjoni fl-okkażjoni ta’ l-imsemmija proċedura, f’dak li jikkonċerna r-rikorrent.
Deċiżjoni: L-appell huwa miċħud. L. Lavagnoli huwa kkundannat għall-ispejjeż.
Sommarju
Appell – Aggravji – Nuqqas ta’ identifikazzjoni ta’ l-iżball ta’ liġi invokat – Inammissibbiltà
(Artikolu 225 KE ; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 58; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 112(1)(ċ))
Full & Egal Universal Law Academy