Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-23 ta’ Mejju 2007 – Smanor et vs Il-Kummissjoni
(Kawża C‑99/07 P)
“Appell – Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza – Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni – Ilmenti rigward l-allegat nuqqas ta’ Stat Membru li jwettaq obbligu – Nuqqas tal-Kummissjoni li tadotta pożizzjoni– Appell manifestament inammissibbli”
Appell – Raġunijiet – Sempliċi repetizzjoni tar-raġunijiet u l-argumenti mqajma quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza – Nuqqas ta’ identifikazzjoni ta’ l-iżball fid-dritt invokat - Inammissibbiltà (Artikolu 225 KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 58(1); Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 112( 1)(c) (ara l-punti 15-17)
Suġġett
Appell mid-Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Ir-Raba Awla) ta’ l-14 ta’ Diċembru 2006, Smanor et vs Il-Kummissjoni (T-150/06 ), li bih il-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet bħala inammissibbli r-rikors tar-rikorrenti intiż, minn naħa, li jikkontesta n-nuqqas ta’ azzjoni tal-Kummissjoni inkwantu hija illegalment astjeniet milli tieħu pożizzjoni fuq l-ilmenti li huma ppreżentaw fl-1986 kontra r-Repubblika Franċiża u, min-naħa l-oħra, li jissospendi l-eżekuzzjoni ta’ sentenza u ta’ deċiżjoni meħuda mill-awtoritajiet nazzjonali.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud
2)
Smanor SA kif ukoll is-Sur u s-Sinjura Ségaud għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.
Full & Egal Universal Law Academy