Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) ta’ l-4 ta’ Ottubru 2007 – É.R. et vs Il-Kunsill u l-Kummissjoni
(Kawża C‑100/07 P)
“Appell – Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Komunità – ‘Enċefalopatija sponġiformi bovina’ – Nuqqas ta’ miżuri adegwati meħuda mill-Kunsill u mill-Kummissjoni sabiex jiġi evitat it-tixrid tal-marda – Appell manifestament infondat”
1. Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Kundizzjonijiet (It-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 288 KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 46) (Ara l-punt 27)
2. Appell – Aggravji – Aggravju kontra kunsiderazzjoni tas-sentenza li mhijiex neċessarja sabiex ikun iġġustifikat id-dispożittiv tas-sentenza – Aggravju irrilevanti (Artikolu 225 KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 58) (Ara l-punt 40)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (L-Ewwel Awla) tat-13 ta’ Diċembru 2006, É.R. et vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni (T-138/03), li biha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet bħala parzjalment inammissibbli u, għall-bqija, bħala infondat, ir-rikors tar-rikorrenti li għandu bħala suġġett talba għal kumpens taħt l-Artikoli 235 KE u t-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 288 KE għad-danni li sofrew minħabba l-kontaminazzjoni u l-mewt sussegwenti ta’ membri tal-familji tagħhom li sofrew minn varjanti ġdida tal-marda Creutzfeld-Jakob, li hija marbuta mad-dehra u t-tixrid fl-Ewropa ta’ l-enċefalopatija sponġiformi bovina, li għaliha huma responsabbli l-Kunsill u l-Kummissjoni – Kundizzjonijiet li fihom tirriżulta r-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Komunitajiet.
Dispożittiv
L-appell huwa miċħud.
É. R., O. O., J. R., A. R., B. P. R., T. D., J. D., D. D., V. D., D. E., É. E., C. R., H. R., M. S. R., I. R., B. R., M. R., u C. S. huma kkundannati għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy