Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad-29 ta’ Novembru 2007 –Weber vs Il-Kummissjoni
(Kawża C‑107/07 P)
“Appell – Rifjut li jingħata aċċess għal xi dokumenti – Inammissibbiltà manifesta”
1. Appell – Aggravji – Nuqqas ta’ identifikazzjoni ta’ l-iżball ta’ liġi invokat – Inammissibbiltà (Artikolu 225 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikoli 112(1)(c) u 119) (ara l-punti 22-24)
2. Proċedura – Rikors promotur – Rekwiżiti proċedurali (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 21; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 112(1)(c)) (ara l-punti 25-28)
Suġġett
Appell mid-digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) tal-11 ta’ Diċembru 2006, Weber vs Il-Kummissjoni (T-290/05), li bih il-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet bħala manifestament inammissibbli rikors imressaq kontra d-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Mejju 2005, li tiċħad it-talba tar-rikorrent sabiex ikollu aċċess għal ittra mibgħuta mid-Direttorat Ġenerali “Kompetizzjoni” lill-Gvern Federali Ġermaniż dwar proċeduri ta’ għajnuna mill-Istat bil-għan li jiffinanzja l-korpi pubbliċi tax-xandir tar-radju fil-Ġermanja.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
F. Weber huwa kkundannat għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy