Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tad-19 ta’ Settembru 2012 — TDK Kabushiki Kaisha vs Aktieselskabet af 21. november 2001
(Kawża C-197/07 P-DEP)
“Intaxxar tal-ispejjeż”
1. Proċedura ġudizzjarja — Spejjeż — Taxxa — Spejjeż li jistgħu jinġabru — Kunċett — Spejjeż indispensabbli sostnuti mill-partijiet — Portata (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 73(b)) (ara l-punt 12)
2. Proċedura ġudizzjarja — Spejjeż — Taxxa — Spejjeż li jistgħu jinġabru — Elementi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 73(b)) (ara l-punti 15, 16)
Suġġett
Rikors għall-intaxxar tal-ispejjeż sussegwentement għad-digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-12 ta’ Diċembru 2008, fil-Kawża C-197/07 P, Aktieselskabet af 21. november 2001 vs UASI — TDK Kabushiki Kaisha (TDK Corp.).
Id-dispożittiv
L-ammont totali tal-ispejjeż li Aktieselskabet af 21. november 2001 għandha tirrimborsa lil TDK Kabushiki Kaisha (TDK Corp.) fil-Kawża C-197/07 P huwa ffissat fis-somma ta’ GBP 6 000.
Full & Egal Universal Law Academy