Digriet tal-President tat-23 ta’ Jannar 2008 – Sumitomo Chemical Agro Europe vs Il-Kummissjoni
(Kawża C‑236/07 P(R))
“Appell – Proċeduri għal miżuri provviżorji – Talba għas-sospensjoni ta’ l-eżekuzzjoni – Direttiva 91/414/KEE – Direttiva 2006/132/KE – Sustanza attiva procymidone – Urġenza”
1. Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni ta’ eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Oneru tal-prova (Artikoli 242 KE u 243 KE) (ara l-punti 23-26)
2. Appell – Aggravji – Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-evalwazzjoni tal-fatti ppreżentati quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza – Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament (Artikolu 225 KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 58) (ara l-punti 37-38, 46)
Suġġett
Appell ippreżentat mid-digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim’Istanza tas-26 ta’ Frar 2007, Sumitomo Chemical Agro Europe vs Il-Kummissjoni (T-416/06 R) li jiċħad minħabba nuqqas ta’ urġenza talba għas-sospensjoni ta’ l-eżekuzzjoni mressqa fil-kuntest ta’ rikors intiż għall-annullament parzjali tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/132/KE, tal-11 ta’ Diċembru 2006, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE għall-inklużjoni tal-procymidone bħala sustanza attiva (ĠU L 349, p. 22).
Dispożittiv
L-appell huwa miċħud.
Sumitomo Chemical Agro Europe SAS hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy