Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-15 ta’ Frar 2008 – Brinkmann vs L-UASI
(Kawża C‑243/07 P)
“Appell – Trade mark Komunitarja – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Sinjal verbali ‘terranus’ – Rifjut ta’ reġistrazzjoni”
1. Appell - Aggravji - Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti u tal-provi - Inammissibbiltà - Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-evalwazzjoni tal-fatti u tal-provi (Artikolu 225(1) KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 58) (ara l-punt 34)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla) tat-22 ta’ Marzu 2007, Brinkmann vs UASI (T-322/05), li biha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet ir-rikors għal annullament magħmul mill-applikant tat-trade mark verbali “TERRANUS” għal prodotti fil-klassi 36, kontra d-deċiżjoni R 1145/2004-1 ta’ l-Ewwel Bord ta’ l-Appell ta’ l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), ta’ l-10 ta’ Ġunju 2005, li tiċħad ir-rikors magħmul kontra d-deċiżjoni tad-Diviżjoni ta’ l-Oppożizzjoni li tirrifjuta r-reġistrazzjoni ta’ l-imsemmija trade mark fil-kuntest tal-proċedimenti ta’ oppożizzjoni mressqa mill-proprjetarju tat-trade mark Komunitarja u nazzjonali figurattiva “TERRA” għal prodotti fil-klassi 36 – Probabbiltà ta’ konfużjoni bejn żewġ trade marks.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
C. Brinkmann huwa kkundannat għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy