Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta’ Lulju 2008 – Makhteshim-Agan Holding et vs Il-Kummissjoni
(Kawża C‑277/07 P(R))
“Appell – Proċeduri għal miżuri provviżorji – Talbiet għal miżuri provviżorji u għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Direttiva 91/414/KEE – Inammissibbiltà”
1. Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni –Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà – Ammissibbiltà prima facie tar-rikors prinċipali (Artikolu 242 KE; Direttiva tal-Kunsill 91/414, Artikolu 8(2) u Anness I) (ara l-punti 23-26)
2. Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni ta’ att li mhuwiex l-att ikkontestat fil-kawża prinċipali u li joriġina minn istituzzjoni oħra – Inammissibbiltà (Artikolu 242 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(1)) (ara l-punti 27-28)
Suġġett
Appell mid-digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-30 ta’ Marzu 2007, Makhteshim Agan Holding et vs Il-Kummissjoni (T-393/06 R) li jiċħad it-talbiet għal miżuri provviżorji u għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni minħabba l-inammissibbiltà prima facie tar-rikors prinċipali – Att li jista’ jiġi kkontestat skont l-Artikolu 203 KE – Att li jikkostitwixxi teħid ta’ pożizzjoni fis-sens tal-Artikolu 232 KE.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Makhteshim-Agan Holding BV, Makhteshim-Agan Italia Srl u Magan Italia Srl huma kkundannati għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy