Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad-9 ta’ April 2008 – RAI vs PTV Programmazioni Televisive
(Kawża C‑305/07)
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Inammissibbiltà manifesta”
Domandi preliminari – Ammissibbiltà – Domandi magħmula mingħajr dettalji suffiċjenti dwar il-kuntest fattwali u leġiżlattiv (Artikolu 234 KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 23) (ara l-punti 14-18)
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari - Tribunale Ordinario di Genova - Interpretazzjoni ta’ l-Artikolu 86(2) KE - Kunċett ta’ għajnuna - Ħlas ta’ liċenzja impost fuq kull min għandu apparat tat-televiżjoni sabiex jiġi ffinanzjat is-servizz pubbliku ta’ radjudiffużjoni televiżiva - Validità tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2005)1166 finali, ta’ l-20 ta’ April 2005, li tiddikjara l-ħlasijiet ta’ liċenzja kompatibbli mas-suq komuni
Dispożittiv
It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Ordinario di Genova, permezz ta’ deċiżjoni tas-16 ta’ Ġunju 2007, hija manifestament inammissibbli.
Full & Egal Universal Law Academy