Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) ta’ l-10 ta’ April 2008 – Termoraggi vs Comune di Monza (Kawża C‑323/07)
“Kuntratti pubbliċi – Kuntratt pubbliku għal provvisti u għal servizzi – Għoti mingħajr sejħa għal offerti – Għoti ta’ kuntratt minn kollettività territorjali lil impriża li l-kapital tagħha huwa kkontrollat mill-kollettività”
1. Approssimazzjoni tal-liġijiet – Proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal servizzi u għal provvisti – Direttivi 92/50 u 93/36 – Kamp ta’ applikazzjoni (Direttivi tal-Kunsill 92/50 u 93/36) (ara l-punti 15-22, 26 u d-dispożittiv)
2. Approssimazzjoni tal-liġijiet – Proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal servizzi – Direttiva 92/50 – Eċċezzjoni prevista mill-Artikolu 6 tad-Direttiva – Kundizzjoni (Direttiva tal-Kunsill 92/50, Artikolu 6) (ara l-punti 24-26 u d-dispożittiv)
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari – Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia – Interpretazzjoni ta’ l-Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/50/KEE, tat-18 ta’ Ġunju 1992, relatata mal-koordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għall-servizz pubbliku [kuntratti pubbliċi għal servizzi] (ĠU L 209, p. 1) – Kamp ta’ applikazzjoni – Dispożizzjonijiet nazzjonali li jattribwixxu, mingħajr il-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi previsti mid-direttiva, it-tmexxija ta’ sistemi ta’ tisħin ta’ ċertu bini komunali lil impriża muniċipali.
Dispożittiv
Id-Direttiva tal-Kunsill 92/50/KEE, tat-18 ta’ Ġunju 1992, relatata mal-koordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għall-servizz pubbliku [kuntratti pubbliċi għal servizzi] , u d-Direttiva tal-Kunsill 93/36/KEE, ta’ l-14 ta’ Ġunju 1993, li tikkoordina l-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi ta’ provvista [għall-provvisti], ma japplikawx fil-konfront ta’ kuntratt pubbliku konkluż bejn kollettività territorjali u persuna legalment distinta minn din il-kollettività fil-każ fejn, fl-istess ħin, il-kollettività territorjali teżerċita fuq il-persuna in kwistjoni kontroll identiku għal dak li teżerċita fuq id-dipartimenti tagħha stess u fejn din il-persuna twettaq il-parti l-kbira ta’ l-attività tagħha mal-kollettività jew mal-kollettivitajiet li jikkontrollawha.
L-Artikolu 6 tad-Direttiva 92/50 japplika biss jekk ikunu jeżistu liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi ppubblikati li jikkonferixxu dritt esklużiv, lil min jagħti l-kuntratt, fir-rigward tas-suġġett tal-kuntratt mogħti.
Full & Egal Universal Law Academy