Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-11 ta’ April 2008 – Focus Magazin Verlag vs UASI u Merant
(Kawża C‑344/07 P)
“Appell – Trade mark Komunitarja – Regolament (KE) Nru 40/94 – Artikolu 8(1)(b) – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Sinjal verbali ‘FOCUS’”
Appell – Aggravji – Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti u tal-provi – Inammissibbiltà – Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-evalwazzjoni tal-fatti u tal-provi – Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament (Artikolu 225(1) KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 58) (ara l-punt 49)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tielet Awla) tas-16 ta’ Mejju 2007, Merant vs UASI (T-491/04), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza annullat id-deċiżjoni R 542/2002-2 tat-Tieni Bord ta’ l-Appell ta’ l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tat-18 ta’ Ottubru 2004, li tilqa’ r-rikors imressaq kontra d-deċiżjoni ta’ l-oppożizzjoni li tirrifjuta parzjalment it-talba għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja verbali “FOCUS” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 6, 7, 8, 9, 14, 15, 16, 21, 24, 25, 26, 28, 29, 32, 33, 34, 35, 36, 38, 39, 41 u 42 fil-kuntest ta’ l-oppożizzjoni mressqa mill-proprjetarju tat-trade mark nazzjonali figurattiva “MICRO FOCUS” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 41 u 42 – Probabbiltà ta’ konfużjoni bejn żewġ trade marks.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Focus Magazin Verlag GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy