Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-16 ta’ Jannar 2008 – Polier vs Najar
Kawża C-361/07
“Talba għal deċiżjoni preliminari – Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta’ l-Unjoni Ewropea – Konvenzjoni Nru 158 ta’ l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol – Karta Soċjali Ewropea – Tkeċċija mingħajr raġuni – Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja”
Domandi preliminari – Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja – Limiti (Artikolu 234 KE) (ara l-punti 10-11)
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari – Conseil de prud’hommes de Beauvais (Franza) – Interpretazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta’ l-Unjoni Ewropea (Artikoli 30 u 33), tal-Karta Soċjali Ewropea (Artikoli 24 u 27), kif ukoll tal-Konvenzjoni Nru 158 ta’ l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol, dwar it-tkeċċija – Tkeċċija ta’ ħaddiem mingħajr raġuni – Validità ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali fid-dawl tan-normi ċċitati iktar ’il fuq
Dispożittiv
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej manifestament m’għandhiex ġurisdizzjoni tirrispondi għad-domandi magħmula mill-Conseil de prud’hommes de Beauvais permezz tad-deċiżjoni tad-9 ta’ Lulju 2007.
Full & Egal Universal Law Academy