Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-20 ta’ Jannar 2009 – Mebrom vs Il-Kummissjoni
(Kawża C‑374/07 P)
“Appell – Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Kummissjoni – Dannu ċert u reali – Żnaturament tal-fatti u tal-provi – Oneru tal-prova”
1. Appell – Aggravji – Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti – Inammissibbiltà – Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-provi – Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament (Artikolu 225 KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 58) (ara l-punti 52-55, 65-67)
2. Appell – Aggravji – Aggravju mressaq kontra kunsiderazzjoni tas-sentenza li mhijiex neċessarja sabiex ikun iġġustifikat id-dispożittiv tas-sentenza – Aggravju ineffettiv (Artikolu 225 KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 58) (ara l-punti 56-59, 73, 81, 92-96)
3. Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Kundizzjonijiet – Dannu reali u ċert – Oneru tal-prova (Artikolu 288 KE) (ara l-punti 80, 82-84)
4. Appell – Aggravji – Nuqqas ta’ identifikazzjoni tal-iżball ta’ liġi invokat – Inammissibbiltà (Artikolu 225 KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 21; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 112(1)(ċ)) (ara l-punti 99-101)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla), tat-22 ta’ Mejju 2007, Mebrom vs Il-Kummissjoni (T-198/05), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet bħala infondat rikors intiż sabiex jinkiseb kumpens għad-danni allegatament subiti mir-rikorrenti b’riżultat tan-nuqqas min-naħa tal-Kummissjoni milli timplementa, għax-xhur ta’ Jannar u ta’ Frar 2005, sistema li tippermettilha li timporta l-methyl bromide fl-Unjoni Ewropea, skont l-Artikoli 6 u 7 tar-Regolament (KE) Nru 2037/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ Ġunju 2000, dwar sostanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 5, p. 190).
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Mebrom NV hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy