Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-20 ta’ Ġunju 2008 – Ayuntamiento de Madrid u Madrid Calle 30 vs Il-Kummissjoni
(Kawża C‑448/07 P)
“Appell – Għoti ta’ informazzjoni dwar il-proċedura tal-iżbilanċ eċċessiv – Regolament (KE) Nru 3605/93 – Sistema Ewropea tal-Kontijiet 1995 (SEK 95) – Regolament (KE) Nru 2223/96 – Klassifikazzjoni tal-entità ‘Madrid Calle 30’ fis-settur tal-‘amministrazzjonijet pubbliċi’ – Komunikat stampa tal-Eurostat – Att li jista’ jiġi kkontestat”
Rikors għal annullament – Atti li jistgħu jiġu kkontestati – Atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti – Komunikat stampa tal-Kummissjoni dwar il-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni relatata mad-dejn u l-iżbilanċ pubbliċi – Deċiżjoni impliċita ta’ approvazzjoni tal-klassifikazzjoni ta’ entità fis-settur tal-amministrazzjonijiet pubbliċi fi ħdan is-Sistema Ewropea tal-Kontijiet 1995 – Assenza (Artikolu 230 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 3605/93, Artikoli 8a(1), 8ċ, 8g, 8h u 8i(1)) (ara l-punti 45-53)
Suġġett
Appell mid-digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Ir-Raba’ Awla) tat-12 ta’ Lulju 2007, Ayuntamiento de Madrid u Madrid Calle 30, SA vs Il-Kummissjoni (T-177/06) li permezz tiegħu l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet bħala inammissibbli talba għall-annullament tal-komunikat stampa tal-Eurostat Nru 48/2006, tal-24 ta’ April 2006, safejn dan kien jinkludi deċiżjoni tal-Kummissjoni (Eurostat) dwar il-klassifikazzjoni ta’ Madrid Calle 30 fis-settur tal-“amministrazzjonijiet pubbliċi” fi ħdan is-Sistema Ewropea tal-Kontijiet (SEK 95).
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Ayuntamiento de Madrid u Madrid Calle 30 SA huma kkundannati għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy