Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-16 ta’ Mejju 2008 – Raulin vs Franza
(Kawża C‑454/07)
“Rikors ta’ persuna fiżika kontra Stat Membru sabiex jiġi kkonstatat ksur tad-dritt Komunitarju minn dan l-Istat – Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja”
1. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Dritt ta’ azzjoni rriżervat għall-Kummissjoni u għall-Istati Membri – Rikors ta’ persuna fiżika jew ġuridika – Inammissibbiltà (Artikoli 226 KE u 227 KE) (ara l-punti 6-7)
Suġġett
Ksur, f’każ partikolari, tad-Direttiva tal-Kunsill 87/344/KEE, tat-22 ta’ Ġunju 1987, dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-assigurazzjoni għall-ispejjeż legali (ĠU L 185, p. 77).
Dispożittiv
1)
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej manifestament ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi fuq dan ir-rikors.
2)
H. Raulin għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.
Full & Egal Universal Law Academy