Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-25 ta’ Jannar 2008 – Provincia di Ascoli Piceno u Comune di Monte Urano vs Il-Kunsill et
(Kawża C‑464/07 P(I))
“Appell – Intervent – Interess fl-eżitu tal-kawża”
1. Proċedura – Intervent – Kundizzjonijiet ta’ ammissibbiltà – Interess fl-eżitu tal-kawża – Kunċett – Rekwiżit ta’ interess dirett u attwali (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, it-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 40) (ara l-punti 5 u 6)
2. Proċedura – Prova – Oneru tal-prova – Obbligu li tiġi stabbilita l-eżattezza tal-fatti magħrufa – Assenza (Artikolu 225(1) KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 58) (ara l- punt 9)
3. Appell – Aggravji – Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti – Inammissibbiltà – Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-evalwazzjoni tal-provi – Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament (Artikolu 225(1) KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 58) (ara l-punt 11)
4. Appell – Preżentazzjoni ta’ provi ġodda – Inammissibbiltà (Artikolu 225(1) KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 58) (ara l- punt 12)
5. Proċedura – Ekwiparazzjoni ta’ entitajiet infrastatali ma’ l-Istati Membri – Esklużjoni (ara l-punt 15)
Suġġett
Appell mid-digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (President tat-Tieni Awla), tat-12 ta’ Settembru 2007, Apache Footwear u Apache II Footwear vs Il-Kunsill (T-1/07), li jiċħad it-talba għall-intervent f’rikors li huwa intiż għall-annullament parzjali tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1472/2006, tal-5 ta’ Ottubru 2006, li jistabbilixxi dazju definittiv antidumping u l-ġbir definittiv tad-dazju provviżorju stabbilit fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu xedd tas-saqajn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġinaw mir-Repubblika popolari taċ-Ċina u mill-Viêt Nam (ĠU L 275, p.1).
Dispożittiv
L-appell huwa miċħud.
Il-Provincia di Ascoli Piceno u l-Comune di Monte Urano għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.
Full & Egal Universal Law Academy