Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-11 ta’ Settembru 2008 – Coats Holdings u Coats vs Il-Kummissjoni
(Kawża C‑468/07 P)
“Appell – Artikolu 119 tar-Regoli tal-Proċedura – Kompetizzjoni – Akkordji – Multa – Talbiet intiżi għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta mill-Qorti tal-Prim’Istanza”
1. Appell – Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja – Rieżami għal raġunijiet ta’ ekwità tal-evalwazzjoni mwettqa mill-Qorti tal-Prim’Istanza tal-ammont ta’ multa imposta fuq impriża – Esklużjoni (Artikolu 81 KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 56; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23) (ara l-punti 23-24)
2. Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Determinazzjoni – Kuntest ġuridiku – Linji gwida għall-kalkolu tal-multi imposti fil-każ ta’ ksur tar-regoli ta’ kompetizzjoni – Inklużjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03) (ara l-punt 28)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) tat-12 ta’ Settembru 2007, Coats Holdings u Coats vs Il-Kummissjoni (T-36/05), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza annullat parzjalment id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2004) 4221 finali, tas-26 ta’ Ottubru 2004, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 KE (Każ COMP/F-1/38.338 – PO/Needles), li tirrigwarda ftehim għat-tqassim tas-swieq ta’ prodotti tal-haberdashery u għat-tqassim tas-suq ġeografiku, u ffissat il-multa imposta fuq ir-rikorrenti għal EUR 20 miljun – Talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Coats Holdings Ltd u J & P Coats Ltd huma kkundannati għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy