Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-28 ta’ Frar 2008 – Franza vs Il-Kunsill
(Kawża C‑479/07 R)
“Miżuri provviżorji – Talba għal sospensjoni ta’ l-eżekuzzjoni – Politika tas-sajd – Regolament Nru 809/2007 – Kunċett ta’ ‘għeżul tal-mitlaq’ – Inklużjoni tat-thonaille – Urġenza”
1. Miżuri provviżorji – Sospensjoni ta’ l-eżekuzzjoni – Kundizzjonijiet għall-għoti – “Fumus boni juris” – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Natura kumulattiva – Ibbilanċjar ta’ l-interessi kollha in kwistjoni (Artikolu 242 KE) (ara l-punti 16-17)
2. Miżuri provviżorji – Sospensjoni ta’ l-eżekuzzjoni – Kundizzjonijiet għall-għoti – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Oneru tal-prova (Artikolu 242 KE) (ara l-punti 18-19)
3. Miżuri provviżorji – Sospensjoni ta’ l-eżekuzzjoni – Sospensjoni ta’ l-eżekuzzjoni tar-Regolament Nru 809/2007 li jinkludi definizzjoni tal-kunċett ta’ drift net (għeżul tal-mitlaq) li jista’ jwassal għall-abbandun definittiv ta’ l-attività tas-sajd bit-thonaille – Kundizzjonijiet għall-għoti – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Ħsara finanzjarja (Artikolu 242 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 809/2007) (ara l-punti 24-25, 28-31)
Suġġett
Rikors għal annullament – Annullament tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 809/2007, tat-28 ta’ Ġunju 2007, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 894/97, (KE) Nru 812/2004 u (KE) Nru 2187/2005 fir-rigward ta’ drift nets (għeżul tal-mitlaq) (ĠU L 182, p. 1) – Kunċett ta’ “għeżul tal-mitlaq” – Inklużjoni f’dan il-kunċett tax-xbieki stabbilizzati, bħat-thonaille – Ksur ta’ l-obbligu ta’ motivazzjoni u tal-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ non-diskriminazzjoni.
Dispożittiv
1)
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
2)
L-ispejjeż huma riżervati.
Full & Egal Universal Law Academy