Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-27 ta’ Ġunju 2008 – Philip Morris Products vs UASI
(Kawża C‑497/07 P)
“Appell – Trade mark Komunitarja – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 – Trade mark tridimensjonali li tirrappreżenta l-forma ta’ pakkett ta’ sigaretti – Rifjut ta’ reġistrazzjoni”
Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li mhumiex ta’ karattru distintiv – Trade mark tridimensjonali li tikkonsisti fil-forma tal-prodott (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punt 25)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla), tat-12 ta’ Settembru 2007, Philip Morris Products vs UASI (T-140/04), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet ir-rikors ippreżentat mir-rikorrenti kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-24 ta’ Frar 2006, dwar l-applikazzjoni tagħha għar-reġistrazzjoni, bħala trade mark Komunitarja, tal-forma ta’ pakkett ta’ sigaretti – Ksur tal-Artikoli 4 u 7(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L 11, p. 1) – Karattru distintiv ta’ forma tridimensjonali – Mezzi ta’ espressjoni ta’ din il-forma u mument li fih din għandha tiġi evalwata.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Philip Morris Products SA hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy