Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-25 ta’ Novembru 2008 – TEA vs Il-Kummissjoni
(Kawża C‑500/07 P)
“Appell – Rikors għal annullament – Terminu għall-preżentata ta’ appell – Punt ta’ tluq – Rikors sabiex il-Qorti tal-Prim’Istanza tagħmel dikjarazzjoni dwar il-kamp ta’ applikazzjoni ratione personae ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni – Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni”
1. Rikors għal annullament - Termini - Punt ta’ tluq - Pubblikazzjoni jew notifika (Il-ħames paragrafu tal-Artikolu 230 KE) (ara l-punti 21-23)
2. Proċedura - Rikors ta’ persuna fiżika jew ġuridika intiż sabiex tinkiseb dikjarazzjoni dwar il-kamp ta’ applikazzjoni ratione personae ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni - Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-qorti Komunitarja (Artikoli 230 et seq. KE) (ara l-punti 32, 33)
Suġġett
Appell mid-digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Ir-Raba’ Awla) tas-17 ta’ Settembru 2007, Territorio Energia Ambiente SpA (TEA) vs Il-Kummissjoni (T-175/07) li permezz tiegħu l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet talba sabiex jiġi kkonstatat prinċipalment li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/193/KE, tal-5 ta’ Ġunju 2002, dwar għajnuna mogħtija mill-Istat fil-forma ta’ eżenzjonijiet fiskali u self b’kundizzjonijiet preferenzjali mogħtija mill-Italja lil impriżi tas-servizz pubbliku b’kapital, fil-parti l-kbira, pubbliku (ĠU 2003, L 77, p. 21) ma tapplikax għar-rikorrenti u, sussidjarjament, li r-rikorrenti ma bbenefikatx minn għajnuna illegali u b’konsegwenza, sabiex tikseb l-annullament, sa fejn huwa neċessarju, ta’ din id-deċiżjoni.
Dispożittiv
1) L-appell huwa miċħud.
2) Territorio Energia Ambiente SpA (TEA) hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy