Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-17 ta’ Ottubru 2008 – AGC Flat Glass Europe (li kienet Glaverbel) vs UASI
(Kawża C‑513/07 P)
“Appell – Trade mark Komunitarja – Regolament (KE) Nru 40/94 – Artikolu 7(3) – Trade mark figurattiva li tirrappreżenta struttura ta’ wiċċ tal-ħġieġ – Rifjut ta’ reġistrazzjoni – Prova tal-karattru distintiv miksub permezz tal-użu – Pubbliku rilevanti u territorju li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni”
Appell - Aggravji - Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-fatti u tal-provi - Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament (Artikolu 225 KE; Statut tal‑Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 58 (ara l-punt 29)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) tat-12 ta’ Settembru 2007, Glaverbel SA vs UASI (T-141/06), li biha l-Qorti tal‑Prim’Istanza ċaħdet rikors intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni R 986/2004-4 tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tal-1 ta’ Marzu 2006, li tiċħad l-appell mid-deċiżjoni tal-eżaminatur li tirrifjuta r-reġistrazzjoni ta’ trade mark figurattiva li tirrappreżenta struttura ta’ wiċċ tal-ħġieġ għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 19 u 21.
Dispożittiv
1) L-appell huwa miċħud.
2) AGC Flat Glass Europe SA hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy